Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol irċieva numru ta’ allegazzjonijiet relatati mal-MCAST. Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, fuq talba tal-Ministru, għadda minnufih lill-pulizija l-allegazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali għal investigazzjoni ulterjuri.
Il-Ministru ħatar bord ta’ inkjesta taħt l-Att dwar l-Inkjesti biex jistabbilixxi l-veriċità ta’ allegazzjonijiet oħrajn ta’ natura operattiva u amministrattiva tal-Kulleġġ.
Il-Ministeru qed jippubblika wkoll l-ittra tal-ħatra taċ-chairperson ta’ dan il-bord, is-Sur Paul Bonello, l-ismijiet tal-membri l-oħrajn u t-termini ta’ referenza tal-istess bord.