“Meta aħna nitħaddtu mis-sehem tal-istakeholders soċjali qiegħdin nifhmu mhux biss is-sehem tiegħi jew is-sehem tal-grupp li għalih qed nappartjeni imma l-gruppi kollha flimkien. Aġenziji tal-Gvern u anke NGO’s. Jaħdmu kollha flimkien fi sforz wieħed propju għax huma konxji ta’ din ir-responsabbiltá kollettiva”, dan huwa kliem Mons. Joseph Vella Gauci, Chairman tal-kumitat il-ġdid.
Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis spjega kif din l-istrateġija nazzjonali dwar is-solitudni fost l-anzjani hija maqsuma fi tliet partijiet importanti.

Parliamentary Secretary for Persons with Disability and Active Ageing Anthony Agius Decelis launches the Board for the National Strategy against solitude amongst elderly persons
PSDAA foyer, Ministry for the Family, Children’s Rights and Social Solidarity, Palazzo Ferreria, Triq ir-Repubblika, Valletta
L-ewwel parti tinkludi l-istudju li ser ikun qed iwettaq dan il-kumitat. Studju li ser iġib riżulatati li permezz tagħhom fit-tieni u t-tielet stadju tkun tista’ tiġi evalwata s-sitwazzjoni tas-solitudni f’Malta sabiex b’hekk jiġu mplimentati s-soluzzjonijiet neċessarji.
Dan b’tentattiv sabiex il-Gvern jindirizza u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja anki ta’ dawk li ħadmu bl-għaraq ta’ ġbinhom għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajhom.
Is-Segretarju Parlamentari, Anthony Agius Decelis sostna “Deher li 75% tal-anzjani tagħna huma kuntenti bil-mod kif qed jgħixu imma jimpurtana mill-25% l-oħra. Allura irridu niffregmentaw dawk il-25% l-oħrajn naraw minnhom jekk hemm minnhom li qed ibatu mis-solitudni u kif nistgħu ngħinuhom biex ikunu jistgħu huma wkoll jgħixu livell ta’ ħajja għolja, kif jgħixu l-kumplament tas-soċjetá.”