Jean Claude Micallef ġie maħtur Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti, l-AIMS, sal-aħħar tal-2027. Micallef, li serva wkoll bħala Membru Parlamentari, ikkontribwixxa għat-twaqqif tal-istess awtorità sentejn ilu.
L-ewwel prijorità mħabbra minnu hi li jpoġġi lill-AIMS eqreb ma’ dawk kollha involuti biex hija ssir awtorità aktar effiċjenti.
Fi stqarrija ngħad li Micallef mistenni jimplimenta struttura u strateġija fi ħdan l-awtorità, waqt li se jaħdem fuq kampanji edukattivi biex isaħħaħ l-isforzi ħalli jkun assigurat aktar ambjent sportiv f’pajjiżna u jiġi ssimplifikat il-proċessi ta’ konformità u reġistrazzjoni legali għall-federazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet sportivi.
Waqt li indirizza għall-ewwel darba lill-ħaddiema tal-awtorità, hu saħaq li se jaħdem biex itejjeb is-sistema permezz ta’ struttura aktar dinamika li twassal għal riżultati għall-komunità sportiva. Qal ukoll li l-AIMS se tkun qed issegwi li kull atleta jkun imħares minn abbużi oħrajn fi ħdan faċilitajiet sportivi madwar il-gżejjer Maltin.