Bosta sellmu l-memorja ta’ Johan Micallef, għalliem fil-Kulleġġ San Benedittu.
Fuq il-midja soċjali s-Surmast tal-iskola ta’ Micallef kiteb u qal li din kienet telfa mhux mistennija.
Il-Kap tal-Iskola fejn kien jgħallem l-għalliem li miet, Adrian Galea, qal li l-għalliema u l-istudenti żgur se jħossu n-nuqqas ta’ Micallef, għalliem żagħżugħ.
Is-Sur Galea saħaq li l-komunità tal-iskola dalgħodu nħasdet bil-mewt ta’ għalliem meqjus bħala ġentlom u maħbub.