Telqu qishom żwiemel tat-tiġrija iżda kull ma sabu kien tank jaqbad biz-zkuk. Kien għal ħabta tal-erbgħa ta’ wara nofsinhar li membri tal-Protezzjoni Ċivili rċivew telefonata li kien hemm dar qed taqbad f’Ħ’Attard.
Wara li fortunatament sabu xena li ma stennewx mill-banda l-oħra wieħed mill-pumpiera instema’ jgħid, “Lanqas ħaq nipperikolaw ħajjitna biex naslu fil-ħin. Jeħtieġ min jgħaddi l-informazzjoni jkun ċar!”
Tassew ħsieb f’waqtu għal dan il-każ.