Numru ta’ persuni li huma vegans, jiġifieri ma jieklu l-ebda ikel li mhux organiku u l-ebda ikel li ġej mill-annimali, għamlu protesta li matula ħallew numru ta’ protestanti jpoġġu ħadid jaħraq fuqhom bl-għan li ma tibqax topera l-industrija tal-laħam fi Franza.
Din il-protesta kienet organizzata minn 269 Life France li hija organizazzjoni li tiġġieled għad-drittijiet tal-annimali f’ Place de la Republique f’Pariġi, bl-għan li l-pubbliku jsir aktar konxju dwar it-trattament ħażin fuq l-annimali.
Kif jidher tajjeb f’dan il-filmat grafiku, dawk li ipparteċipaw ma libsu xejn iżjed milli ħwejjeġ ta’ taħt.