Fil-Parlament il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal kif is-sena l-oħra tħallsu mad-9,599 multa minn xufiera ta’ vetturi li nqabdu jużaw il-mobile waqt li kienu qed isuqu.
Waqt il-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari, il-Ministru qal kif it-total imħallas huwa ta’ kważi miljun ewro.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan hekk kif ix-xufiera li jinqabdu jsuqu bil-mobile jeħlu mitt ewro, filwaqt li jonqsulhom bejn tlieta u sitt punti.