L-Awtorità tal-Ippjanar ingħatat permess tibni l-pont għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni, qrib l-Ajruport. Il-pont mistenni jkun twil madwar 11-il metru. Tliet xhur ilu, il-Gvern kien irċieba erba’ offerti għall-bini ta’ dan il-pont b’valur medju ta’ €1.4 miljun. Ix-xogħol tal-bini jibda fix-xhur li ġejjin.
Il-pont se jkollu rampi fit-tond għall-ivvjaġġar bir-roti jew bil-mixi u liftijiet biex ikun aċċessibbli għal kulħadd.
Il-Ministru Ian Borg qal li dan l-investiment huwa importanti għar-residenti tal-Gudja u Ħal Luqa, l-istudenti tal-ITS u ħaddiema fl-inħawi. Huwa żied jgħid li dan il-proġett ser jgħin ukoll lil dawk li jużaw it-trasport pubbliku biex jaslu fil-waqfiet tal-karozzi tal-linja fl-istess triq.