L-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet il-permess għall-bini ta’ Outpatients ġdid f’Mater Dei.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne permezz ta’ tweet fejn laqa’ din l-aħbar li sejħilha bħala aħbar sabiħa.
Din il-blokka mistenija jkollha ħames sulari li fiha se jinkludi wkoll għadd ta’ sulari taħt l-art f’parkeġġi għal 658 karozza kif ukoll venda ta’ tal-linja.