Fi stqarrija d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovritendenza tas-Saħħa Pubblika qed jappella lill-pubbliku dwar prodott li m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ pestiċida.
Il-prodott imsemmi huwa noodles ta’ tiġieġ, bl-isem ‘Hao Hao Chicken Flavour’, tad-ditta ‘ACECOOK’.
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 mit-8:00am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
