Il-Pulizija qed tinvestiga nar mal-faċċata ta’ residenza fir-Rabat fi Sqaq Santa Barbara fis-1:15 ta’ filgħodu.
Il-Pulizija qalet li l-każ qed jiġi kkunsidrat bħala attentat ta’ ħruq minn persuna jew iktar.
Jidher li fid-dar dak il-ħin kien hemm kopja anzjana u n-neputi tagħhom. Ir-raġel bela’ ftit duħħan u ġie assistit fuq il-post mit-tim mediku tal-isptar Mater Dei. In-neputi tagħhom ta’ disa’ snin li gaħndu diżabilità kellu jinħareġ minn tieqa fl-ewwel sular. Jidher li xi ġirien għenu ukoll sabiex jintefa’ n-nar.
Infetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Dr Aaron Bugeja.