L-ajruplan li tard l-Erbgħa filgħaxija ħadu r-riħ u spiċċa f’nofs ta’ triq fejn baqa’ dieħel f’ħajt ta’ proprjetà privata f’Ħal Farrug, inġibed u m’għadux f’nofs ta’ triq.
L-ajruport Internazzjonali ta’ Malta kkonferma fi stqarrija, li l-ajruplan ġie rikoverat u issa qed jinżamm f’hangar fil-viċinanzi.
L-operazzjoni mmexxija minn speċjalisti mill-kumpanija tal-manufatturi tal-ajruplan, din l-operazzjoni seħħet seħħet matul il-lejl li għadda b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Forzi Armati ta’ Malta, il-Korp tal-Pulizija u tim mill-ajruport stess.
L-ajruplan kien ilu iktar minn 24 siegħa f’nofs ta’ triq u kien qed jagħlaq it-traffiku.
Nifhmu li kienet operazzjoni delikata li saret biex tiġbed l-ajruplan li kawża tar-riħ qawwi li laqat il-gżejjer Maltin fl-aħħar jiem inħall mir-rabta li kellu f’park numru 4 fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
B’rabta mal-każ tal-ajruplan tal-għamla Dassualt Falcon 7X esperti barranin nġabu f’Malta biex ikunu involuti fl-operazzjoni sabiex tneħħa l-ajruplan min-nofs tat-triq.
Sorsi fis-settur tal-avjazzjoni qalu lil ONE NEWS li l-ħsarat jaqbżu ż-2 miljun ewro.
L-ajruplan huwa propjetà ta’ Michael Ashcroft, ex-Deputat Chairman tal-Partit Konservattiv Ingliż.
Dan minkejja li kelliem għal Ashcroft naqas milli jikkonferma li l-ajruplan huwa proprjetà tal-biljunarju Ingliż.