Mix-xahar li għadda, dawk li jiġbru siringi bla ħlas bdew jinghataw kontenitur apposta, li wieħed jista’ jitfa’ siringa wżata fih. Dan il-kontenitur ta’ lewn isfar ma jerġax jinfetaħ ladarba jingħalaq bis-siringa fih.
Dan għadu kemm qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, meta fil-Parlament kien mistoqsi jekk il-Gvern hux se jieħu azzjoni dwar rapporti ta’ siringi mormija f’postijiet pubbliċi, li jistgħu jkunu ta’ periklu għal dawk li jiġu f’kuntatt magħhom.