Ħaddiema fil-kwartieri ġenerali ta’ Nike ngħataw ġimgħa ta’ mistrieħ sabiex jirilassaw qabel ma jerġgħu jibdew jaħdmu mill-post tax-xogħol tagħhom f’Settembru, wara xhur ta’ xogħol mid-dar.
Infatti, numru ta’ kumpaniji kbar oħra fl-Amerika qed jagħmlu l-istess hekk kif qed jiġi rrapportat illi bosta ħaddiema qed iħossu t-toqol tal-effetti tal-pandemija; tant li qed iħossu li m’hemmx ħin ta’ mistrieħ minħabba l-fatt li qed jagħmlu xogħolhom mid-dar.