Erba’ gradwat ngħataw il-warrant bħala veterinarji biex issa jkunu jistgħu jipprattikaw il-professjoni tagħhom f’pajjiżna.
Il-President tal-Kunsill tal-Veterinarji, Dr. Gareth Grech qal li studenti Maltin ikollhom jgħaddu minn sagrifiċċju kbir hekk kif bilfors ikollhom jistudjaw barra minn pajjiżna minħabba li l-kors mhux offrut mill-Università ta’ Malta.
Huwa qal li madankollu l-ammont ta’ studenti li jidħlu għal din il-professjoni dejjem qed jiżdied. Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri saħaq li bħalissa ghaddejjin diskussjonijiet sabiex jiżdied l-inċentiv u l-għajnuna għal studenti Maltin li jagħżlu biex jidħlu għal dan il-kors.
Dan filwaqt li l-Ministru Jose Herrera qed iħares ‘il quddiem u jara l-possibiltà li xi darba l-kors anke jiġi offrut f’pajjiżna.