Tliet persuni mill-ħames persuni li ġew arrestati mill-Pulizija ngħataw il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti akkużati li lbieraħ kienu fil-pussess ta’ aktar minn kilo eroina li kienet lesta biex tiġi ttraffikata.
Jason Borg ta’ 39 minn Birkirkara, Nicholas Farrugia ta’ 25 sena minn Bormla u t-tfajla tiegħu Shana Farrugia ta’ 22 sena minn Ħal Luqa tressqu l-Qorti separament sabiex jiġi evitat kull tip ta’ kuntatt.
L-ewwel li deher kien Jason Borg fejn wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. L-avukati tal-akkużat spjegaw kif għalkemm hu ammetta li l-affarijiet instabu fir-remissa tiegħu, hu ma kienx jaf b’dak li nstab. Huma argumentaw li kien grazzi għalih li ħareġ fil-beraħ l-ismijiet taż-żewġ persuni l-oħra fejn għalekk talbu għall-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba iżda l-Qorti laqet it-talba. L-akkużat ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2,500 u garanzija persona ta’ €5,000.
Iż-żewġ akkużati l-oħra wieġbu mhux ħatja fejn l-avukat tagħhom talab għall-ħelsien mill-arrest bl-argument ikun li ż-żewġ akkużati għandhom kondotta nadifa.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat iżda l-Qorti laqet it-talba fejn ħelset mill-arrest lil Shana Farrugia u Nicholas Farrugia fuq depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €5,000.
L-akkużati kienu arrestati wara li rejd tal-Pulizija fi triq is-Serkin fil-Marsa wassal għal sejba ta’ aktar minn kilo eroina,