Vito Potenza u Antonio Saponara ta’ erbgħa u tletin sena u ħamsa u tletin sena, li tressqu quddiem il-Qorti wara lis-sena l-oħra kienu ġew akkużati li impurtaw ħamsa u ħamsin kilogramma ta’ kannabis, ingħataw il-ħelsien mill-arrest.
Dan fuq depożitu u garanzija personali ta’ għoxrin elf ewro.
Intqal li ż-żewġt irġiel kienu ġew arrestati wara li waslu b’dgħajsa f’Wied il-Għajn f’Novembru li għadda.
Il-prosekuzzjoni qalet li l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga rċeviet informazzjoni fuq dgħajsa b’ammont sostanzjali ta’ kannabis fuqha.
Minn spezzjoni li saret instabu xkejjer bid-droga b’valur ta’ seba’ mija u ħamsin elf ewro.
Fir-residenza tagħhom instabet ukoll sustanza suspettata kokaina.