Donna Camilleri ta’ 34 sena minn Santa Luċija u Kyle Mifsud ta’ 28 sena minn Bormla ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti fuq allegat serqa ta’ brazzuletta b’valur ta’ €300 minn ħanut tad-deheb f’Raħal Ġdid.
Iż-żewġ imputati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Marseann Farrugia laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet; fosthom li jiffirmaw kuljum fl-għassa ta’ Bormla u li ma jwettqux reat ieħor.