Żewġ aħwa Libjani ta’ 34 u 39 sena li jgħixu Ħal Balzan inħelsu mill-arrest wara li fil-Qorti affaċċjaw akkużi li darbu persuna oħra b’mod gravi, u li huma riċedivi.
Il-Qorti semgħet kif l-irġiel allegatament kissru l-mobile tal-persuna l-oħra nvoluta fl-argument.
Fil-Qorti dawn ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom u nħelsu mill-arrest abbażi ta’ bosta kundizzjonijiet, fosthom depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €2,000.
Huma ġew ordnati wkoll jitilgħu l-Qorti meta msejħa mill-pulizija, ma jkellmux lil-vittma u jiffirmaw l-għassa tal-pulizija darbtejn f’ġimgħa.