Żewġt irġiel ta’ 37 u 33 sena mill-Ghana u li joqgħodu l-Munxar Għawdex, ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara argument jaħraq li kellhom bejniethom f’appartament.
Il-każ ġara l-Ħadd li għadda xħin ir-raġel ta’ 37 sena allegatament mingħajr il-ħsieb li joqtol jew li qeigħed il-ħajja ta’ ħaddieħor f’periklu, b’oġġett bil-ponta u li jaqta’, ikkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq ir-raġel ta’ 33 sena.
Min-naħħa l-oħra r-raġel ta’ 33 ġie akkużat, li ikkaġuna ġrieħi gravi fuq sieħbu ta’ 33 sena, fl-istess appartament.
Quddiem il-Maġistrat Paul Coppini, l-akkużati wieġbu li mhux ħatja u ngħataw il-liberta proviżorja taħt diversi kundizzjonijiet.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.