Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest lit-tliet irġiel akkużati bil-każ tal-bomba li ma ħaditx fil-Fgura.
Paul Farrugia, Jonathan Farrugia, u Lorenzo Callus ma ammettewx li kienu parteċipi f’għaqdiet kriminali, u li kkomplottaw biex joqtlu lil tnejn min-nies b’bomba li tpoġġiet ma’ karozza fil-Fgura f’Jannar li għadda.
L-irġiel ingħataq il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €70,000 u depożitu ta’ €30,000 kull wieħed. Dan filwaqt li ħadd minnhom ma jista joħroġ mid-dar wara d-21:00, u jridu jiffirmaw kuljum fl-għassa tal-Pulizija.
Il-ħelisen mill-arrest ingħataq mill-Qorti wara li d-difiża argumentat li m’hemmx biża’ li l-akkużati jaħarbu mill-pajjiż minħabba rabtiet komunitarji hawn Malta.