Permezz ta’ fondi mill-iskema VOPs (Voluntary Organisations Project Scheme), l-organizzazzjoni volontarja Third World Group tejbet il-faċilitajiet tagħha fis-sit li topera minnu fil-Belt Valletta biex tkun tista’ tkompli twettaq xogħol importanti ma’ tfal u żgħażagħ mill-Belt stess, speċjalment ma’ dawk li kellhom trobbija diffiċli.
Fost l-oħrajn din l-għaqda torganizza attivitajiet u proġetti edukattivi, kulturali u sportivi li jgħinu lil dawn it-tfal u żgħażagħ fl-iżvilupp soċjali tagħhom ki fukoll għandhom l-għan li jgħinuhomma jaqgħux fil-faqar.
Fi żjara li għamlet fis-sit tal-għaqda fi Strada Stretta, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli faħħret l-impenn tal-voluntiera tat-Third World Group li b’sens ta’ altruwiżmu, qed jagħtu mill-ħin ħieles tagħhom u jipprovdu ambjent edukattiv għal dawn it-tfal.
Il-Ministru Dalli semmiet kif bis-saħħa tal-finanzjament tal-gvern, issa din l-għaqda se tkun tista’ tilqa’ aktar tfal hekk kif ix-xogħol li sar fis-sit se jwassal biex l-ispazju jintuża b’mod aħjar. Barra minn hekk, saret kċina ġdida fejn il-voluntiera se jkunu jistgħu jagħmlu sessjonijiet relatati mat-tisjir kif ukoll saru faċilitajiet sanitarji ġodda. Sar ukoll titjieb fis-sistema tal-informatika tal-għaqda.
Dr Dalli qalt li fl-aħħar erba’ snin, il-gvern investa ħafna fil-volontarjat, mhux biss bi skemi t’għajnuna finanzjarja iżda wkoll b’investiment fl-infrastruttura fosthom bil-ftuħ ta’ ċentri tal-volontarjat madwar Malta.
Cheryl qalet li s-servizzi li joffru m’humiex ta’ social work iżda jaraw li jkunu hemm għat-tfal biex joffrulhom ħiliet soċjali bażiċi li jużawhom ta’ kuljum.