Malti u Libjan li nstabu ħatja ta’ serq tpoġġew fuq probation ta’ tliet snin bil-Maġistrat Joe Mifsud jispjega għaliex għandhom jingħataw ċans ieħor.
Iż-żewġ irġeil, Silvio Pace mill-Ħamrun u Bashir Abu Gawem Al Hariri li jgħix Santa Venera, wieġbu ħatja li serqu miċ-ċentru tal-Partit Laburista fis-Sannat u li nnegozjaw l-affarijiet misruqa.
Serqu wkoll pompa u sigaretti li kienu maħżuna f’ għalqa f’Kerċem.
Il-Maġistrat innota mhux biss il-fatt li ammettew iżda wkoll li għandu jkollha l-qorti fir-riabilitazzjoni tal-priġunieri.
Dan għax sa minn meta wettqu dawn l-atti ż-żewġ persuni għamlu avvanzi f’ħajjithom. Il-Qorti appellat biex jibqgħu fit-triq it-tajba, ladarba rrikonoxxew l-iżbalji u ma jirrepttux l-iżbalji tal-imgħoddi.