Sal-lejla ngħataw iżjed minn 200,000 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Dan tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq il-midja soċjali.
Dan intlaħaq wara li fis-26 ta’ Diċembru waslu l-ewwel dożi tal-vaċċin u l-għada bdew jitlaqqmu l-ewwel nies.
Din il-vaċċin ngħata lil dawk il-persuni li qegħdin fuq quddiem tal-ġlieda kontra l-pandemija u bħalissa qed tingħata lin-nies li għandhom ‘il fuq minn 60 sena.
Skont il-programm ta’ vaċċinazzjoni, sal-aħħar ta’ April se jkunu tlaqqmu l-anzjani u l-persuni vulnerabbli kollha.
Dan il-programm ta’ vaċċinazzjoni ta’ pajjiżna wassal sabiex pajjiżna huwa l-iżjed pajjiż fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea li laqqam nies kontra l-Covid-19.
Ilbieraħ id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal kif wieħed minn kull tliet adulti ngħataw minn tal-inqas doża ta’ dan il-vaċċin.