Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-awtoritajiet taw 1,261 multa wara li diversi persuni nqabdu jiksru l-miżuri marbuta mat-trażżin tal-imixja.
Il-maġġoranza tal-multi ngħataw għaliex in-nies ma kinux lebsin maskra.
Fil-fatt inħarġu 784 multa marbuta ma’ dan in-nuqqas.
Inħarġu wkoll 366 multa għal nies li nġabru iżjed minn suppost fi gruppi fil-pubbliku, jiġifieri dawk li kienu fi gruppi ta’ iżjed minn tnejn.
Barra minn hekk, sitt stabbilimenti weħlu multa għax kisru l-kundizzjoni tal-istabbilimenti, filwaqt li tlettax-il persuna ma segwewx l-obbligu ta’ kwarantina.