Transport Malta ser tasfalta Vjal l-Indipendenza l-Mosta mil-lejla sa nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2018 bejn it-20:00 ta’ filgħaxija u l-5:00 ta’ filgħodu.Ix-xogħol ser isir f’fażijiet matul dawn it-tlett iljieli fejn il-ħaddiema ser iqaxxru l-wiċċ eżistenti tat-triq u mbagħad jagħtu l-asfaltar. Din it-triq mhux ser tkun aċċessibbli għat-traffiku u għat-trasport pubbliku waqt il-ħin tax-xogħol.
Għalhekk, it-traffiku min naħa ta’ Ħal Lija ser jgħaddi minn Triq Pantar u Triq id-Durumblat filwaqt li min ġej min naħa tal-Imġarr ser jgħaddi lejn il-Pjazza tal-Mosta.
Transport Malta qed tħeġġeġ lis-sewwieqa biex isibu toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet mill-uffiċjali fuq il-post. L-Awtorita’ tħeġġeg għal sewqan b’attenzjoni għas-sigurta’ tagħhom u tal-ħaddiema.