Ġorġjan ta’ 22 sena ngħata tliet snin ħabs wara li tressaq il-Qorti mixli li seraq oġġetti ta’ valur minn villa f’Marsaxlokk u anke li saq b’mod traskurat.
Fil-Qorti ntqal kif il-każ ġara lura f’Ġunju tal-2019, meta flimkien ma’ persuna oħra li għadha ma ġietx identifikata, inqabdu fuq webcam. Huma ma indunawx mal-ewwel li l-webcam laħqet ġibdet filmat qabel neħħewha.
Intqal kif l-affarijiet li nsterqu jammontaw għal madwar €15,000.
Barra s-sentenza ta’ ħabs, huwa jrid iħallas l-ispejjeż tal-Qorti u anke jrid iħallas nofs il-valur tal-oġġetti kollha misruqa.