Raġel ta’ 48 sena ngħata sentenza ta’ probation għal tliet snin wara li fil-Qorti ammetta li seraq diversi pakketti ta’ xfafar minn spiżerija. Liema reat jammonta għal madwar €70.
Huwa ammetta wkoll li kien kompliċi f’serq aggravat ta’ għodda li kienu f’karozza.
Fl-awla l-Prosekuzzjoni spjegat li l-imputat ikkopera bi sħiħ mal-pulizija peress li hemm persuna oħra involuti fir-reati msemmija.
Apparti l-ordni ta’ probation, il-Qorti ordnatlu jrodd lura l-ammont ta’ flus ekwivalenti għall-pakketti tax-xfafar.