Neil Andrew Bebbington ta’ 43 sena li joqgħod iż-Żebbuġ, Għawdex ngħata sentenza ta’ probation wara li ammetta li fl-elfejn u tmintax kellu fil-pussess tiegħu droga kokaina u kannabis.
Huwa kien akkużat ukoll li d-droga ma kinitx għall-użu personali u l-kabbar l-ħaxixa kannabis.
Meta tat is-sentenza tagħha, il-Maġistrat Monica Vella nnutat li l-akkużat ikkolabora mal-Pulizija u ammetta fl-ewwel stadji tal-każ.