Libjan ta’ wieħed u għoxrin sena weħel seba’ xhur ħabs wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih meta ttella’ l-Qorti mixli b’iffalsifikar ta’ passaport.
Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni spjegat li l-imputat ikkollabora mal-pulizija u saħansitra wassal għall-identifikar ta’ aktar persuni li jiffalsifikaw dokumenti.