L-Awstraljan Brenton Tarrant ta’ 29 sena jeħel sentenza ta’ għomor il-ħabs mingħajr parole jiġifieri mingħajr il-possibilità li jinħeles.
Tarrant li huwa l-ewwel persuna fl-istorja ta’ New Zealand li ngħata sentenza bħal din fuq kundanna ta’ terroriżmu.
Brenton Tarrant f’Marzu tas-sena li għaddiet, wettaq attakk terroristiku fil-Moskea ta’ Christchurch fi New Zealand.
Huwa qatel 51 persuna kif ukoll qatel 40 persuna oħra. Dan il-każ kien qajjem għagħa madwar id-dinja.
L-Imħallef fil-Qorti ta’ New Zealand sejjaħ l-azzjonijiet tiegħu bħala inumani u li ma jinħafrux.