Jerome Pierre Bichat, Franċiż ta’ 45 sena ngħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li affaċċja akkużi l-Qorti li weġġa’ gravi lil persuna li tgħix fl-istess blokka ta’ appartamenti f’San Ġiljan li jgħix fiha hu.
Il-każ allegatament seħħ kmieni lbieraħ filgħodu, meta l-ġar tal-akkużat ikkonfrontah minħabba storbju li kkawżaw hu u sħabu li kienu fl-appartament. Kien hawn li l-imputat allegatament weġġa’ lill-vittma b’qatgħa ‘l fuq minn għajnejh.
Jidher ukoll li l-akkużat ikkopera mal-pulizija u qatt ma xellef difrejh mal-ġustizzja. Hu kien ikkundannat sena ħabs sospiża għal tliet snin abbażi ta’ diversi kundizzjonijiet, fosthom li ma jkellimx lill-vittma.