Srdan Mihajlovic, Serb ta’ 49 sena, minn Marsalforn, ingħata sentenza ta’ priġunerija sospiża b’rabta ma’ ffalsifikar ta’ dokumenti.
L-Ispettur Lara Butters għall-Prosekuzzjoni xliet lill-imputat li kellu fil-pussess tiegħu u prova għamel użu minn passaport u dokumenti oħra li kien jaf li kienu ffalsifikati.
Id-difiża argumentat li l-imputat wettaq dan l-aġir fi stat t’emerġenza hekk kif ried imur is-Serbja biex iġib lit-tfal tiegħu.
Id-difiża nnotat ukoll li l-imputat ma kellux każijiet preċedenti filwaqt li kkopera bis-sħiħ mal-Pulizija.
Intant, Mihajlovic ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih.
Għaldaqstant huwa ġie kkundannat sentenza ta’ ħabs sospiżi għal tliet snin, filwaqt li l-Maġistrat ordnat li jkun deportat lejn is-Serbja nhar it-Tlieta.