Serb ta’ 38 sena minn San Pawl il-baħar ingħata sentenza sospiża u ordni ta’ trattament għall-immaniġjar tar-rabja wara li kien akkużat bi vjolenza domestika fuq martu.
Ir-raġel kien akkużat li fera lil martu b’mod ħafif, insulentaha u heddidha. L-akkużat għal bidu deher mingħajr assistenza legali, madankollu l-qorti appuntatlu avukat hekk kif deher li ma kienx qed jifhem l-proċeduri kontrih.
L-Avukat Martin Fenech, li deher għall akkużat, qal li l-akkużat jammetti l-akkużi miġjuba kontrieh. Madankollu talab lill-Qorti żżomm f’moħħha li l-akkużat kellu relazzjoni ġeneralment tajba ma’ martu u li l-inċident kien biss wieħed żgħir.
Il-Qorti ppreseduta poġġietu taħt ordni ta’ trattament għal tliet snin filwaqt li qaltlu wkoll li huwa ma jista’ jikkuntatja lil martu bl-ebda mod tul dan iż-żmien.
Il-Qorti qaltlu wkoll li sabiex jikkuntattja lil-wild tiegħu, huwa ried jitkellem mal-avukat tiegħu. Dan għaliex għalkemm il-Qorti rat li huwa jiddispjaċieħ ta’għemilu ma setgħetx tħalli l-possibilità li dan l-inċident jerġa’ jirrepeti ruħu.