Raġel ta’ 39 sena mill-Fgura ingħata sentenza sospiża wara li ammetta li kkawża ġrieħi ħfief fuq l-eks sieħba tiegħu li qed tistenna tarbija waqt argument.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ikkundannat lir-raġel 9 xhur ħabs sospiżi għal 18-il xahar, filwaqt li pprojbietu milli jagħmel kuntatt mal-mara.
Il-Qorti ordnat ukoll li r-raġel jingħata għajnuna minn uffiċjal tal-probation għall-vizzju tal-alkohol.