Raġel ngħata sentenza sospiża u ġie immultat €3,000 wara li pprova jidħol f’Malta minn Budapest b’ċertifikat tal-vaċċin falz.
Huwa tressaq quddiem il-Qorti, is-Sibt waranofsinhar bil-Prosekuzzjoni xlietu b’falsifikar ta’ dokumenti.
Fil-fatt, il-Prosekuzzjoni spjegat kif iċ-ċertifikat tal-vaċċin li huwa ressaq kien ta’ persuna oħra bl-isem ingassat u mgħotti b’dak tal-akkużat.
L-akkużat li ma kkoperax mal-Pulizija meta kien arrestat fl-ajruport Malti sarlu test mill-awtoritajiet u rriżulta fin-negattiv.
Huwa ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih.
Għaldaqstant il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Victor Axiak iddeċidiet li ttih sentenza ta’ sena priġunerija sospiża għal sentejn filwaqt li mmultatu €3,000 li jridu jkunu mħallsa fuq perjodu ta’ 15-il xahar.