Charlot Gauci ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal 4 snin, u kien ordnat iħallas lura €10,000 wara li ammetta l-akkużi ta’ frodi miġjuba kontrih.
Fis-smiegħ tat-Tnejn, fil-Qorti deher ukoll it-tabib Ray Fenech, li ħareġ 27 ċertifikat mediku biex Charlot Gauci ma jidhirx il-Qorti dwar kawża ta’ frodi.
It-Tabib Fenech qal li Gauci jbati minn attaki ta’ paniku u dizordni fil-personalità. Meta l-Maġistrat Joe Mifsud staqsieh jinvista lill-akkużat qabel ma joħroġlu ċ-ċertifikati, it-tabib wieġeb li Gauci kien imur il-klinika tiegħu.
Il-Qorti aċċettat din l-ispjega, iżda ma ħassithiex konvinta li din il-prattika mhux waħda komuni, u li tista’ xxekkel il-kors tal-Ġustizzja. B’hekk, il-Maġistrat Mifsud qal li mhux se jaċċetta aktar ċertifikati, u li t-tobba se jissejħu biex jixhdu dwar il-kundizzjonijiet tal-pazjenti tagħhom fil-Qorti.
Charlot Gauci ammetta l-akkużi ta’ frodi miġjuba kontrih.