Korita Kemo mis-Senegal tressaq il-Qorti akkużat li kellu fil-pussess tiegħu dokumenti li mhumiex tiegħu.
Huwa wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Id-Difiża nnotat kif huwa kkopera mal-pulizija u li mhuwiex riċediv.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif huwa nstab li kellu fuqu passaporti tal-Gambja u li dawn ma kinux għall-użu personali tiegħu. Il-passaporti kienu legali iżda ma kinux jappartjenu lilu.
Il-Qorti tatu sentenza ta’ 6 xhur priġunerija sospiżi għal sentejn.