Philip Said ta’ 68 sena li kien jaħdem bħala nutar ingħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li ġie akkużat b’misapproprjazzjoni ta’ flus ta’ klijenti.
Said ġie akkużat ukoll li l-kuntratti tal-klijenti li kienu ffirmati minnhom stess, ma ġewx irreġistrati mad-dipartiment kkonċernat.
Filfatt xi klijenti kienu ġibdulu l-attenzjoni fuq dan meta ma rċivewx l-irċevuta uffiċjali tar-reġistrazzjoni.
Hu mifhum li l-imputat uża dawn il-flus sabiex iħallas kontijiet pendenti fuq kuntratti oħra. Fil-Qorti huwa kien akkużat ukoll li falla minn dmijirietu bħala uffiċjal pubbliku.