Raġel, li ġie illiberat b’rabta mat-traffikar ta’ 20 kilo kannabis disa’ snin ilu, it-Tlieta ngħata sentenza sospiża b’rabta ma’ serqa li wettaq għaxar snin ilu.
Godfrey Gambin u l-persuna li kien akkużat miegħu, Glenn Borg, ingħataw sentenza sospiża għal tliet snin, b’rabta ma’ serqa li ammettew li wettqu lura fl-2014 – fejn serqu għodod minn garaxx f’San Pawl il-Baħar u li pprovaw ibiddlu l-pjanċi ta’ mutur.
F’Novembru tal-2016, huma ingħataw sentenza sospiża għal tliet snin wara li ammettew għal dawn l-akkużi, bl-Avukat Ġenerali jressaq dan il-każ quddiem il-Qorti tal-Appell għax is-sentenza ma kinitx ħarxa biżżejjed.
Fl-2023, il-Qorti tal-Appell iddikjarat din id-deċiżjoni nulla fuq teknikalità.
Il-Qorti nnotat kif l-akkużat kien ammetta l-ħtija tiegħu u ż-żewġ akkużati kienu mmaturaw.
Id-difiża tmexxiet mill-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri.