Il-kartolina tal-Milied tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru għas-sena 2022 kien fiha tpinġijiet ta’ tfal u żgħażagħ fuq il-faċċata.
F’Novembru li għadda, meta kien qed joqrob l-istaġun tal-Milied, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti u Spazju Kreattiv, kien għamel jagħmel sejħa għal tpinġijiet. Mill-ħafna sottomissjonjiet li saru ingħażlu dawk li ġew ippubblikati fuq il-kartolina.
Din l-inizjattiva setgħu jipparteċipaw fiha dawk li għandhom bejn l-4 u 16-il sena, u kellha l-għan li tipprovdi aktar opportunitajiet u aċċess għall-arti u l-kreattività.
Dr Lydia Abela, mart il-Prim Ministru, qalet li l-kreattività u t-talent tat-tfal u żgħażagħ Maltin u Għawdxin reġgħu spikkaw fit-tpenġijiet li ġew sottomessi. Illum, dawk l-artisti żgħar li ntgħażlu ngħataw rikonoxximent uffiċjali.
“Lil dawk li l-arti tagħhom intagħżlet għal fuq din il-kartolina tajnihom rikonoxximent biex inħeġġuhom ikomplu jiżviluppaw it-talent tagħhom, iżda rrid nirringrazzja lil kull min ipparteċipa,” qalet Dr Abela.