Emanuel Mallia ta’ 38sena ngħata l-libertà kundizzjonata għal 18-il xahar wara li ma nstabx ħati li ttraffika d-droga. Qorti.
F’Diċembru 2013 ir-raġel inqabad b’ħames pakketti ta’ droga, fil-but tal-qalziet tiegħu. Il-Qorti emmnet il-verżjoni tal-akkużat li d-droga kokaina li nstabet ma kinitx għal skop ta’ traffikar.
Fil-Qorti, ir-raġel qal kif dakinhar huwa għamel ġurnata jixrob il-Ħamrun u filgħaxija mar Paceville. Qal kif f’dak iż-żmien huwa kien għaddej minn żmien diffiċli hekk kif telqitu t-tfajla.
Huwa qal kif id-droga ma kien se jqassamha lil ħadd, iżda kienet għalih personali.