Wieħed mill-akkużati fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, George Degiorgio, ingħata l-permess sabiex jappella mid-deċiżjoni tal-qorti li ċaħdet it-talba tiegħu sabiex jiġu sospiżi proċeduri kriminali kontrih.
Degiorgio qiegħed jikkontesta evidenza li ġiet interċettata minn fuq il-mowbajl. Hu talab lil Prim Awla tal-Qorti Ċivili sabiex tissosspendi s-smigħ ta’ qabel il-ġuri.