Żewġ kumpaniji ewlenin fl-innovazzjoni fl-avjazzjoni, Sky ThinkTank u SKY Mobility (Malta), li t-tnejn stabbiliti f’Għawdex, kisbu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet biex joperaw titjiriet bi prova biex jipprovdu l-ewwel servizz ta’ tqassim bl-ajru permezz ta’ drones, imsejjaħ ‘Flying ZERO’.
Wara sentejn ta’ tħejjijiet intensivi, assessjar u żvilupp tal-aħħar tekonoloġija, dan jimmarka pass importanti li jista’ jibdel il-mod kif isir tqassim ta’ ċerti prodotti, anke bħala parti mil-loġistika industrijali, b’ferm inqas tniġġis u fl-iqsar ħin possibbli.
Il-kumpanija, li wkoll qed tieħu sehem fit-TechXPO fl-MFCC sas-Sibt, enfasizzat li din it-trasformazzjoni hi “l-bidu ta’ era ġdida għal Malta”.
‘Flying ZERO’ mistennija tintroduċi f’pajjiżna servizz sħiħ sostenibbli erbgħa u għoxrin siegħa kuljum għal konsenji sa ħmistax-il kilo ta’ provvisti fis-servizzi tas-saħħa, tqassim lil bastimenti f’nofs baħar jew minn negozji ta’ retail u e-commerce lill-klijenti tagħhom fuq l-art.