Abdisalan Mahamad Afrah ta’ 35 sena mis-Somalja ammetta għal akkużi ta’ serq ta’ basket minn vettura u li fih kien hemm laptop b’informazzjoni sensittiva nhar il-21 ta’ Settembru.
Huwa kien akkużat li seraq ukoll mobile nhar il-5 ta’ Novembru.
Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, l-imputat ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih wara li l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roderick Attard spjegat li l-istess imputat ġie arrestat wara li nqabad minn fuq filmati tas-CCTV.
Huwa ġie arrestat mill-ħabs hekk kif kien qed jiskonta ta’ 18-il xahar fuq każ separat.
L-Ispettur Roderick Attard spjega li l-imputat ikkopera b’mod sħiħ mal-Pulizija fl-investigazzjonijiet kollha li saru u ssuġġerixxa li tingħata sentenza li tirrifletti l-aġir responsabbli tiegħu.
Fiċ-ċirkostanzi, il-Qorti ddeċidiet li tpoġġi lill-imputat taħt ordni ta’ probation għal żmien tliet snin sabiex huwa jingħata l-għajnuna neċessarja sabiex itejjeb is-sitwazzjoni personali tiegħu.