Steve Magro ta’ 38 sena mill-Fgura ngħata multa ta’ €5,000 wara li beżaq lejn żewġ uffiċjali tal-Pulizija.
Huwa qal li l-pulizija m’għenitux biex isolvi kwistjoni li kellu dwar xogħol.
Fil-Qorti nstema’ kif Magro rreżista l-arrest. Id-difiża qalet li l-klijent tagħha qed jammetti u spjegat kif ir-raġel kien qed jistenna l-ħlas ta’ xogħol li għamel.