Simar Halil Hannan, Sirjan ta’ 26 sena residenti l-Mosta, ingħata l-libertà proviżorja wara li tressaq il-Qorti akkużat li weġġa’ raġel ieħor ta’ 29 sena f’garaxx fi Triq il-Kappara.
Fil-Qorti ntqal li qam argument peress li ż-żewġt irġiel huma kompetituri ta’ xulxin f’negozji differenti tal-aluminum.
L-Avukat difensur qal li s-Sirjan għamel dan biex jiddefendi lilu nnifsu, iżda l-vittma saħaq li dan kien attakk li għandu x’jaqsam mar-razza jew reliġjon.
L-imputat ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ erba’ mitt ewro u garanzija personali ta’ elfejn ewro.
L-imputat kien ta ruħu b’idejh fl-għassa tal-Pulizija wara li għal xi jiem kien imfittex.