Jamal Osman Humed li kien involut fi ġlieda l-Ħamis ħdejn it-Tiger Bar fil-Marsa wieġeb mhux ħati li attakka u hedded żewġ immigranti b’sikkina.
Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li l-Eritrean kiser kundizzjoni ta’ sentenza sospiża li ngħata mill-Qorti ġimagħtejn ilu u li kellu fil-pussess tiegħu droga kannabis. Huwa ġie akkużat ukoll li hedded liż-żewġ immigranti, li kellu sikkina u li kiser il-paċi pubblika.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat li r-raġel jingħata l-libertà proviżorja iżda minkejja dan huwa ngħata l-libertà proviżorja fuq numru ta’ kundizzjonijiet u fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €2,300.