Yorgen Fenech ingħata l-ħelsien mill-arrest fil-każ ta’ ħasil ta’ flus, madankollu se jibqa’ arrestat minħabba proċeduri kriminali oħra li għaddejin kontrih b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fenech qed ikun akkużat ukoll b’miżapproprijazzjoni ta’ madwar erbgħin elf ewro ġejjin mill-kumpanija li kien imexxi ma’ zijuh, Ray Fenech.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech iddeċidiet li l-prosekuzzjoni naqset milli tissostanzja t-talba tagħha li l-akkużat jista’ jaħrab minn Malta, li kienet ikkwotata bħala l-akbar biża’ tagħhom jekk Fenech kellux jingħata l-libertà proviżorja.
Il-Qorti tat lil Fenech il-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €30,000 u garanzija personali ta’ €70,000.