Raġel ta’ 51 sena mix-Xewkija Għawdex wieġeb mhux ħati meta tressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex akkużat li hedded persuna u kiser ordni ta’ protezzjoni temporanja.
Il-każ seħħ fl-1 ta’ Diċembru tas-sena 2020 fl-inħawi tat-Telgħa tal-Belt fir-Rabat Għawdex.
Ir-raġel ġie mixli wkoll li kiser waħda mill-kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest li kienu imposti fuq mill-Qorti u li huwa riċediv.
Hu ngħata l-libertà proviżorja fuq diversi kundizzjonijiet.